Raġel li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti baqa’ jinżamm taħt arrest wara li ċaħad akkużi ta’ vjolenza domestika.
Il-Qorti semgħet kif ir-raġel jidher li ta fastidju lil missieru wara li heddu li jxerred filmat ta’ natura sesswali tal-eks sieħba tiegħu jekk ma jgħaddilux somma flus. Intqal ukoll kif missier l-akkużat jidher li kien ilu jħossu ffastidjat minn ibnu u għamel rapport lill-Pulizija.
Id-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest u l-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront ta’ missier l-akkużat u l-eks sieħba li allegatament tidher fil-filmat.
L-imputat ma jistax javviċinahom bl-ebda mod.