Nathan Magri ta’ għoxrin sena u li jgħix Ħal Qormi nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal akkużi ta’ serq.
Fil-Qorti nstema’ kif l-imputat kien taħt ordni ta’ probation, meta allegatament wettaq is-serqa, u anke allegatament kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja li kien qiegħed isegwi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest, iżda talbet sabiex l-imputat jinżamm fil-ħabs għall-minuri hekk kif dan għandu x-xewqa li jirranġa ħajtu, u li jibqa’ taħt superviżjoni.
Il-Qorti laqgħet din it-talba.