Alphonsus Romeo Emanuels ta’ 63 sena li joqgħod l-Olanda baqa’ jinżamm arrestat fuq akkużi li kellu fil-pussess tiegħu droga kokaina li nstabet taħt ċirkostanzi li jindikaw li ma kinitx għall-użu personali tiegħu.
Huwa tressaq il-Qorti s-Sibt filgħodu bil-Prosekuzzjoni tispjega li l-Pulizija kellhom rapporti li fuq titjira minn Brussell għal pajjiżna kien hemm persuna li kellha fil-pussess tagħha droga kokaina.
Minn tfittxija li saret ġewwa l-ajruport instab li r-raġel ma kellux droga.
Iżda wara li r-raġel ittieħed l-isptar instab li ġo ġismu kellu 18-il kapsola kokaina, li b’kollox kienet tiżen 280 gramma.
Huwa ġie akkużat ukoll li kkonfoffa ma’ persuni oħra, biex jimpurtaw u jbiegħu d-droga kokaina f’Malta.
Huwa wieġeb mhux ħati għal akkużi fil-konfront tiegħu.