Raġel baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li ffastidja għal numru ta’ xhur, mara li kienet fil-klassi miegħu fil-primarja.
Ir-raġel li għandu 30 sena u li huwa minn Santa Venera tressaq il-Qorti l-Ħamis hekk kif saħansitra quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia deher jibki.
Ġie spjegat li l-allegat fastidju seħħ wara li ż-żewġ persuni kienu f’kuntatt fuq il-mezzi soċjali.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Clayton Camilleri spjegat li l-imputat kien jgħaddi minn mad-dar tal-vittma tliet darbiet kuljum u jħallila saħansitra rigal. Dan anke wara li kienet blokkjatu fuq il-mezzi soċjali. Il-fastidju baqa’ jippersisti anke wara li r-raġel ġie mitkellem mill-Pulizija.
Ir-raġel baqa’ jinżamm arrestat filwaqt li nħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.