Muhammed Gajigo ta’ 24 sena mill-Gambja u li joqgħod is-Swieqi nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li kkaġuna xi ġrieħi lil raġel nhar il-5 u t-13 ta’ Jannar u li kiser il-paċi pubblika fost oħrajn.
Huwa wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi.
Intat, qabel ma bdiet is-seduta, l-Avukat difensur qalet li l-imputat kellu mġieba mhux xierqa fil-konfront tagħha meta weġbitu li l-ħelsien mill-arrest ma tistax tiggarantih hi, imma hija xi ħaġa li tiddeċiedi l-Qorti.
Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, iżda, l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat fosthom minħabba li m’għandux indirizz fiss u għax ma jaħdimx.
Id-difiża argumentat li d-dinamika tal-każ għadha mhix stabbilità u saħqet li l-imputat għandu indirizz fiss, tant li fil-fatt, il-Pulizija sabuħ fl-istess indirzz li qal li jgħix fih.
Il-Qorti, wara li semgħat l-ammissjonijiet tal-Prosekuzzjoni u d-Difiża, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.