Norman Bugeja, ta’ 57 sena minn Ħal Luqa inżamm arrestat wara li kien akkużat b’abbuż sesswali ta’ erba’ bniet f’ċentru miftuħ għall-minorenni li qed ifittxu l-ażil.
L-akkużat, li jaħdem bħala support worker fl-istess ċentru, tressaq quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli fejn ġie akkużat ukoll li talab favuri sesswali mingħand il-bniet, li għandhom bejn is-16 u s-17-il sena.
Huwa ġie mixli li kkommetta reat li kien fl-obbligu li jara li ma jseħħx u li offenda l-morali pubbliċi. Il-prosekuzzjoni qalet li t-tfajliet għamlu r-rapport tliet ijiem ilu, b’Bugeja jiġi sospiż minn xogħlu sakemm issir ukoll investigazzjoni interna.
Fil-Qorti Bugeja ċaħad l-akkużi kontrih bil-Qorti ma tilqax it-talba għall-ħelsien mill-arrest.