Depty Naval, Indjan ta’ 35 sena u li joqgħod Tas-Sliema nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li kellu fil-pussess tiegħu madwar 9 kilogrammi droga kannabis. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Jonathan Cassar xliet ukoll lil Naval li assoċja ruħu ma’ żewġ Indjani oħra biex jittraffikaw din id-droga.
L-akkużat ġie arrestat l-Erbgħa filgħaxija flimkien maż-żewġ Indjani oħra meta twaqqfu mill-pulizija waqt li kienu f’karozzi separati.
Huma twaqqfu bil-karozzi tagħhom għall-ħabta tas-6:30 ta’ filgħaixja fl-inħawi ta’ San Ġwann t’Għuxa.
L-ispettur Cassar xehed li waqt tfittxija li saret fil-karozza li kien fiha l-akkużat, il-Pulizija sabet tmien boroż li kien fihom id-dorga.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud ordnat li l-akkużat jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Dwar dan il-każ il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.