Raġel ta’ 33 sena mill-Georgia baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat b’żewġ serqiet li seħħew fil-15 ta’ Awwissu minn appartamenti fil-Mosta.
L-allegat ħalliel, li weġġa’ lilu nnifsu waqt li kien qiegħed jaħrab mill-Pulizija, wieġeb li mhux ħati għal akkużi ta’ serq aggravat. Huwa ġie mixli ukoll li kellu fil-pussess tiegħu oġġetti misruqa.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat qabeż għoli ta’ sular biex jaħrab mill-Pulizija waqt li dawn kienu qed jipprovaw jarrestawh. Ir-raġel, li daħal fl-awla jzappap, ħareġ mill-isptar ilbieraħ.