Raġel ta’ 39 sena minn Ta’ Xbiex inżamm arrestat b’rabta ma’ ħruq ta’ dar f’Ħal Luqa.
Il-każ kien seħħ fid-19 ta’ Diċembru li għadda fi Triq il-Wilġa Ħal Luqa għall-ħabta tat-3:30 ta’ filgħodu.
Huwa ġie arrestat mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u l-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Luqa.
Huwa wieġeb mhux ħati.
B’rabta ma’ dan diġà tressaq il-Qorti raġel ta’ 44 sena mill-Gżira fejn wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Huwa baqa’ jinżamm taħt arrest
Għall-akużat deher l-Avukat Ezekiel Psaila li talab għall-ħelsien mill-arrest għax qatt ma xellef difrejh mal-Pulizija. Qal li huwa kkopera mal-Pulizija f’dan il-każ.
Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-helsien mill-arrest. Qalu li dan huwa każ ta’ tpatija.