Clive Agius ta’ tnejn u tletin sena mill-Furjana baqa’ miżmum arrestat wara li wieġeb mhux ħati li ttraffika d-droga kokaina.
L-akkużat huwa wieħed mill-għaxar persuni li ġew arrestati s-Sibt li għadda waqt rejd f’garaxx f’Ħal Qormi. Huwa ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-police bail meta naqas milli jirraporta l-Għassa hekk kif kien mitlub.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih; fosthom li kien fil-pussess ta’ droga kokaina u eroina.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest biex l-akkużat qed jinżamm taħt arrest preventiv f’Kordin.