Mahamed Abib Hashi, Somalu ta’ wieħed u għoxrin ma ngħatax il-libertà proviżorja wara li fil-Qorti ġie mixli li fil-pussess tiegħu kellu d-droga kannabis.
Intqal li din id-droga ma kinitx għal użu esklussiv tiegħu.
Is-Somalu li ċaħad l-akkużi kien akkużat li tefa’ sitt pakketti bil-kannabis taħt karozza f’Paceville.
Fil-Qorti ġie spjegat li minn tfittxija li l-pulizija għamlet fejn joqgħod ma ħaddieħor sabulu iżjed pakketti ma’ ħwejġu.