Dalgħodu ukoll, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joanne Vella Cuschieri LLD, tressaq taħt arrest, Serb ta’ 28 sena, residenti San Pawl il-Baħar.
Huwa ġie akkużat li fi 8 ta’ Lulju li għadda u fil-ġranet ta’ qabel, kellu fil-pussess tiegħu d-droga ecstasy, pjanta tal-kannabis jew parti minnha, resina tal-kannabis u kokaina. Huwa ġie akkużat ukoll li kellu l-imsemmija droga f’distanza ta’ inqas minn 100 metru minn post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.
Il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest u ordnat li jinżamm arrestat ġewwa l-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frank Tabone.