Victor Buttigieg, ta’ 44 sena min-Naxxar, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat b’serq u attentati ta’ serq.
Il-każ seħħ fl-aħħar jum tal-ewwel xahar tas-sena, meta Buttigieg seraq b’aktar minn elfejn ewro f’oġġetti u flus kontanti minn ħanut f’Ħad Dingli.
Ir-raġel ġie akkużat ukoll li jumejn wara pprova jisraq minn każin fir-Rabat u minn ħanut fl-Imtarfa, fejn wettaq ħsarat għad-danni ta’ sid il-ħanut.
Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh, u baqa’ jinżamm arrestat sakemm tingħata sentenza aktar tard dan ix-xahar.