Inżamm arrestat il-ġuvni ta’ 19-il sena akkużat bil-qtil ta’ turista Amerikan f’attakk b’sikkina f’Russell Square, Londra. L-attakk li seħħ nhar l-Erbgħa li għaddha, ħalla żewġ nisa u tliet irġiel oħra feruti fl-attakk.
Fil-Qorti, spikka l-mod ta’ kif fl-iżbarra, iż-żagħżugħ għamel il-ħin kollu tas-seduta b’idejh quddiem ma’ ħalqu. Huwa qed jinżamm mill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet sad-disgħa ta’ Awissu. Għalkemm qed jingħad li hemm kwistjoni ta’ saħħa mentali, mhux eskluż l-anqas li dan seta’ kien attakk terroristiku.