F’aħbarijiet mill-Qorti, Paolo Miguel Da Costa Osorio, Portugiż ta’ ħamsin sena, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li xxabbat għall-gallarija tal-eks sieħba tiegħu. Azzjoni li tikser kundizzjonijiet imposti biex jieqaf jagħti fastidju lill-mara.
Il-Portugiż, li m’għandux indirizz fiss, qal lill-Pulizija lill-eks maħbuba tiegħu li magħha qatta’ sittax-il sena.
L-ispettur tal-Pulizija spjega kif din ma kinitx l-ewwel darba li l-mara sabet lir-raġel f’darha, jew heddidha bi vjolenza.
Fil-passat ir-raġel kien tressaq b’akkużi li weġġa’ ħafif lill-mara, u kien inħeles mill-Pulizija biex jingħata trattament fl-Isptar Monte Karmeli.
Hekk kif ħasset li r-raġel mhux ta’ min jafdah, u minħabba n-natura tal-akkużi, il-Qorti ċaħditlu l-ħelsien mill-arrest.