Kważi nofs l-ishma tal-Lombard Bank għaddew għand il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali. Dan wara li l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarja u l-Bank Ċentrali Ewropew taw l-approvazzjoni għal din it-transazzjoni.Permezz ta’ fondi mill-programm taċ-ċittadinanza b’investiment, inxtraw disgħa u erbgħin fil-mija tal-ishma mingħand il-bank Ċiprijott.
Fi stqarrija ntqal li l-bord tal-gvernaturi ta’ dan il-fond m’għandux il-ħsieb li jżid is-sehem tiegħu fil-Lombard Bank, anzi jrid inaqqsu bla ma jinfluwenza t-tmexxija preżenti tal-bank.
Fid-dawl li l-bank Ċiprijott kien għaddej minn xi diffikultajiet, il-Fond mistenni jgħin lill-azzjonisti Ċiprijotti jiddisponu s-sehem maġġoritarju tagħhom fil-Lombard Bank.