Il-binja tal-General Workers’ Union fil Belt Valletta u l-Banca Giuratele f’Għawdex huma parti mill-kullana ta’ mixgħela biex tfakkar Jum il-Mard Rari f’pajjiżna.
Iż-żewġ binjiet kienu mixgħula bil-kuluri tal-mard rari roża, vjola, aħdar u blu biex jitfakkar Jum il-Mard Rari.
Hija osservanza li ssir fl-aħħar jum ta’ Frar biex titqajjem kuxjenza dwar it-300 miljun persuna madwar id-dinja li jgħixu b’mard rari kif ukoll biex ikun hemm aktar aċċess għat-trattamenti u r-rappreżentanza medika għal dawn l-individwi u l-familji tagħhom.
Il-Fundatriċi u President ta’ L-Alleanza Nazzjonali tal- Mard Rari, Michelle Muscat, rringrazzjat lil GWU u lil Ministeru għal Għawdex talli din is-sena aċċettaw li jkunu l-patruni tal-Global Chain of Lights li l-Allejanza torganizza kull sena fil-Jum tal-Mard Rari.
Michelle Muscat saħqet li l-Alleanza se tibqa t-tarka u l-vuċi ta’ dawn in-nies li ħafna drabi jkunu l-unika nies f’pajjiżna jikkumbattu l-marda taghhom.