Dawk li jidħlu fil-Belt Valletta issa se jkunu qed jesperjenzaw l-atmosfera tal-Milied. Dan hekk kif il-ġimgħa filgħaxija, inxtegħlet Triq ir-Reppubblika bid-dwal tal-Milied.
Dwal li b’differenza minn snin preċedenti saru fuq stil barokk. Stil li jikkumplimenta l-istil arkittetoniku tal-Belt, li f’Jannar li ġej se tieħu t-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018.
Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni 2018 Jason Micallef qal li d-dwal inħadmu minn kumpanija internazzjonali Taljana.
Bl-użu ta’ dawn id-dwal m’huwiex biss għall-festi tal-Milied dan hekk kif dawn id-dwal, minkejja li se jibqgħu mwaħħlin, se jieħdu dehra differenti għall-ftuħ tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018.
Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Belt mhux se tkun qed torqod hekk kif għall-festi tal-Milied, ġew organizzati numru kbir ta’ attivitajiet.