It-tfal kollha li jattendu l-programm ‘Frame Football’ se jkunu jistgħu jgawdu minn wieħed u tletin apparat ġdid li se jgħinhom sabiex jilagħbu l-football.
‘Frame Football’ huwa kunċett maħsub sabiex it-tfal b’diżabilità li jagħmlu użu minn ‘walking frame’ jew krozzi biex ikunu jistgħu jipprattikaw l-isport.
Il-President ta’ din l-organizzazzjoni, Rita Darmanin Grima qalet li b’għotja ta’ wieħed u għoxrin elf ewro, it- tfal se jkollhom l-għodod meħtieġa sabiex ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom bl-aħjar mod.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta, Mark Cutajar qal li barra minn hekk, kull tifel u tifla li għandhom bżonn għajnuna mobbli ma jinżammux lura minn dak li jħobbu jagħmlu.
Qal, “Allura li nagħtu l-għodda lil dawn it-tfal biex jipparteċipaw hija l-ħaġa li ridna nagħmlu aħna wkoll. Għotja ta’ wieħed u tletin frame sew lokalment kif ukoll fuq ix-xena internazzjonali”
Il-Ministru għall-Inklużjoni, Julia Farrugia Portelli saħqet fuq l-importanza li jinħoloq ambjent fejn persuna b’diżabilità tkun komda li tipprattika l-isport.
Spjega, “Imma kif b’mod tanġibbli anke fl-ispors tfal u żgħażagħ ma jinqatgħux lura imma aħna fid-dover li nagħtuhom dik l-għodda biex ikomplu jilgħabu flimkien ma’ sħabhom”
Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Clifton Grima qal li minbarra li jtejbu l-ħiliet tagħhom, dawn it-tfal ikunu jistgħu jixprunaw il-ħiliet soċjali u komunikattivi kif ukoll jemmnu iżjed fihom infushom.
Qal, “Aħna obbligati li nagħtu l-assistenza kollha neċessarja sabiex dawn in-nies li huma ta’ eżempju jkollhom l-għodda neċessarja sabiex iva jagħtu l-kontribut tagħhom lis-soċjetà u iva juru li kull sfida u kull ostaklu tista’ tinbidel f’opportunità.”