75 student tal-ħames sena sekondarja, ġejjin minn 25 skola differenti minn madwar Malta u Għawdex, ipparteċipaw fil-kompetizzjoni Malta Junior Science Olympiad.
L-istudenti riedu jagħmlu esperiment xjentifiku u jinvestigaw il-ħela tal-ikel f’termini bioloġiċi, kimiċi u fiżiċi. Per eżempju ltqajna ma’ studenti li kienu qed jaħdmu fuq espertiment tal-kimika biex jiskopra l-konċentrazzjoni ta’ ħall fl-ikel.
Ix-xogħol li wettqu l-istudenti se jiġi analizat, kif spjegalna Joseph Cutajar – Uffiċjal Edukattiv fi ħdan id-dipartiment tal-imaniġġjar tal-kurikulum fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni. Minn dawn l-investigazzjonijiet, l-scripts jiġu ikkoreġuti u min ġab l-ogħla marka fl-inqas ħin ikun rebbieħ.
Il-kompetizzjoni ġiet organizzata għat-tielet sena konsekuttiva u l-għan tagħha huwa li izied l-imħabba tal-istudenti lejn ix-xjenza.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo żar din l-attività fejn tkellem mal-istudenti dwar l-esperimenti li bdew janalizaw u awguralhom kull suċċess.
https://www.youtube.com/watch?v=1y2VjUGoJ8I