Kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-każ tal-qtil doppju ta’ Christian Pandolfino u Ivor Macejowski, fejn intqal kif il-vittmi kellhom mill-inqas mija u dsatax –il elf ewro f’ġojjelli, ħafna minnhom fuq wieħed mill-katavri tal-vittmi.
Fil-Qorti nstema’ kif tliet biċċiet ġojjelli nstabu li kienu għand Daniel Muka, wieħed mit-tliet akkużati mixlija bil-qtil tal-koppja. Intqal ukoll kif miż-żmien ta’ meta seħħ id-delitt saż-żmien li l-ġojjelli ngħataw lill-espert tal-Qorti, il-valur tad-deheb kien naqas b’madwar tlettax –il elf ewro.
Id-delitt seħħ fit-tmintax t’Awwissu tas-sena l-oħra, u l-każ kontra t-tliet akkużati jinsab f’fażi avvanzat.