Hekk kif il-proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Wied Qlejgħa jinsab fl-aħħar fażi tiegħu, żdied l-appell għar-rispett lejn l-ambjent, hekk kif fl-aħħar jiem instab ħanżir mejjet mormi fil-wied.
Dan m’huwiex l-unika att vandalu li sofra l-wied, hekk kif kienu anke bankijiet, tabelli u ħitan, li ġew vandalizzati.
Il-Manager tas-Sit ta’ Wied il-Qlejgħa nkarigat minn Nature Trust, Benjamin Camilleri, sostna ma’ ONE News li dawn l-atti huma nuqqas ta’ rispett u responsabbilità lejn l-ambjent.
Stqarr ukoll li l-ħsara f’din iż-żona ma tiġix biss minn atti vandali, iżda dan il-wied ra wkoll introduzzjoni ta’ speċi aljeni li jħallu ħsara kbira fuq il-post.
Camilleri semma fost l-oħrajn il-papri fl-ilma li qed iħallu impatt negattiv fuq speċi indiġeni, kif ukoll introduzzjoni ta’ ħut aljen u fkieren tal-ilma ħelu.