Waqt xogħlijiet infastrutturali li għaddejjin fit-Triq Tal-Barrani, biswit Triq San Anard, fil-limiti ta’ Ħal Tarxien, intlaqat main tal-ilma, li affettwa l-provvista tar-residenti fl-inħawi.
Permezz tal-midja soċjali, l-aġenżija Infrastructure Malta spjegat li, minnufih, bdiet ħidma mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, biex titranġa l-ħsara li saret.
Fil-fatt, wara li twaqqaf il-ħruġ tal-ilma, il-ħidma ffokata biex ikun hemm it-tiswijjiet neċessarji.
Uffiċjali ta’ Infrastructure Malta jinsabu fuq il-post biex ikun assigurat li l-ħsara tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli bl-inqas inkonvenjent lill-konsumaturi.