L-Imħallef Grazio Mercieca ddikjara wieħed mill-argumenti tal-Avukat Anna Mallia bħala ammissibbli fil-kawża tagħha fejn qed tikkontesta l-validità tal-proċess li bih ġew appuntati erba’ Imħallfin.
B’hekk dan il-każ ħa jkompli jinstema’ dan ix-xahar.
Fil-fatt, l-Avukat Mallia kkwalifikat għal din il-kawża b’rabta ma’ ftuħ ta’ kawża kostituzzjonali fejn l-istess Avukat qed targumenta li l-għażla ta’ Imħallfin ma saritx skond il-Kostituzzjoni.
Dan wara sejħa pubblika fejn fiha l-Maġistrat Gabriella Vella applikat għal din is-sejħa fl-istess waqt li kienet qed tpoġġi fuq il-kumitat responsabbli mir-rakkomandazzjonijiet għall-Imħallfin magħruf bħala l-Judicial Appointments Committee.
Dan b’riżultat li l-proċess baqa’ għaddej mingħajr mal-post vakat fil-kumitat mill-Maġistrat Gabriella Vella, ma ġie mimli minn Maġistrat ieħor.
B’hekk l-argument mill-Avukat Mallia huwa li l-istess kumitat mar lil hinn mill-obbligi legali tiegħu hekk kif proċeda bl-għażliet mingħajr Maġistrat ieħor.
L-Imħallef Mercieca osserva li l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem ukoll applika interpretazzjonijiet wiesgħa f’dawk li għandhom x’jaqsmu vittmi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem.