Fiċ-Ċentru tat-Tilqim fl-Aurora Għawdex fil-jum tas-Sibt tlaqqmu 1,200 persuna.
Dan ifisser li issa ntlaħaq rekord ġdid ta’ kemm tlaqqmu persuni fil-gżira Għawdxija f’jum wieħed.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru kif sa issa ngħataw 307,636 tilqima kontra l-Coronavirus f’pajjiżna.
Intant, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nnota dan ir-riżultat pożittiv u f’post fuq Facebook irringrazzja lill-infermiera u lill-voluntiera kollha li qed jaħdmu bla waqfien.
Il-Ministru Camilleri temm billi qal li s-Saħħa għal dan il-Gvern tibqa’ prijorita’ bil-fatti.