Screenwriters u sidien ta’ studios fl-Istati Uniti laħqu qbil biex jintemm l-istrajk li pparalizza l-industrija tal-films minn Mejju li għadda.
The Writers Guild of America qalet li l-qbil tentattiv huwa wieħed eċċezzjonali li jipproteġi lill-kitteba u għandu titjib sostanzjali.
Il-kummidjant Adam Conover hu fost l-ewwel li kiteb fuq Twitter fejn sostna kif fl-aħħar irnexxielhom segwit mill-preżentatur Larry Wilmore.
Minkejja dan il-qbil tentattiv, xorta għad irid jittieħed vot u jintlaħaq qbil b’kuntratt ta’ tliet snin qabel kulħadd f’din l-industrija jirritorna lura għax-xogħol
Dan il-qbil mhux se jkun qed iwassal biex Hollywood tirritorna lura għan-normal hekk kif l-unjin li tirrappreżenta lil aktar minn 150,000 attur, SAG-AFTRA, qed tistrajka separatament u għandha talbiet li jaqbżu lil dak ta’ The Writers Guild.
S’issa m’hemm l-ebda diskussjonijiet ippjanati bejn l-unjin tal-atturi u l-istudjos.