Wara xhur ta’ diskussjoni ntlaħaq ftehim bejn l-MUT u l-MCAST dwar ftehim kollettiv ġdid. Dan se jkun iffirmat għada fis-14.00 fl-MCAST f’Raħal Ġdid.
Fi stqarrija konġunta li kienet ħarġet fl-10 ta’ Marzu ta’ din is-sena, l-MCAST u l-MUT ddikjaraw li wara diskussjonijiet intensivi tal-għola livell, kien intlaħaq bażi ta’ ftehim fuq il-pakkett finanzjarju għall-gradi kollha tal-għalliema.
L-MCAST u l-MUT kien imiss li jaħdmu biex jaqblu fuq kwistjonijiet pendenti u jiffinalizzaw il-ftehim kollettiv bil-għan li jiġu mtejba l-kundizzjonijiet tal-gradi kollha tal-istaff; liema ftehim se jkun iffirmat għada.