d-direttivi msejjħa mill-MUMN fost l-infermiera u l-qwiebel li jaħdmu fl-amministrazzjoni pubblika ġew imwaqqfa wara li llum komplew il-laqgħat bejn l-istess union u l-Ministeru għas-Saħħa.
Matul din il-laqgħa ż-żewġ naħat qablu fuq il-punti prinċipali għall-ftehim settorali tal-MUMN.
Fil-ġimgħat li ġejjin se jkomplu l-laqgħat bejn iż-żewġ naħat li se jkunu qegħdin jikkonkludu l-ftehim innifsu.
Intant l-MUMN infurmat lill-membri tagħha li se tkun qed twaqqaf id-direttivi li daħlu fis-seħħ il-Ħamis li għadda.
Fi tweet id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kiteb kif inlaħaq qbil b’rabta ma’ kwistjonijiet ewlenin li b’effett immedjat ġew irtirati l-azzjonijiet industrijali.
L-MUMN kienet ddikjarat tilwima industrijali u fil-jum tal-Ħamis kien hemm azzjonijiet industrijali mill-infermiera fl-isptarijiet, ċentri tas-saħħa u d-djar fil-kommunità wara li ma ntlaħaqx qbil fuq ftehim settorjali ġdid mal-infermiera.
Agreement between Ministry for #Health and #MUMN on core issues reached. Industrial directives withdrawn with immediate effect.
— Chris Fearne (@chrisfearne) July 7, 2018