Intlaħaq ftehim dwar l-armar fil-knisja tal-festa ta’ Santa Katarina fiż-Żurrieq.
Fuq il-midja soċjali tħabbar li ntlaħaq ftehim. B’hekk issa l-vara ta’ Santa Katarina se titpoġġa fuq il-bradella l-prima għall-qima tad-devoti, filwaqt li se jitniżżlu l-linef il-kbar u anke se tinxtegħel il-koppla.
Dan wara li lbieraħ dan is-sit irrapporta li kien hemm diżgwid bejn l-Arċipriet Mons. Karm Mercieca u l-għaqdiet u d-dilettanti ta’ din il-festa, tant li f’din il-kwistjoni spiċċat daħlet anke l-Kurja.
Dan il-ftehim intlaħaq wara li l-Arċipriet sejjaħ laqgħa li fiha l-għaqdiet u d-dilettanti tal-festa ġew mgħarrfa b’din id-deċiżjoni.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/08/31/bil-filmat-dizgwid-shih-mal-arcipriet-fil-gimgha-tal-festa-ta-santa-katarina/
Ritratt: Lara Schembri