Ir-riġenerazzjoni tal-Gozo Agricultural Village magħruf ukoll bħala l-Gozitano ser tingħata daqqa t’id oħra permezz tal-ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Koperattiva Gozitano Agri Coop.
Permezz tal-ftehim ser jiġi riġenerat sit mifrux fuq 11,000 metru kwadru ta’ art bil-għan li jsir użu aħjar tal-ġonna li bħalissa huma abbandunati.
B’hekk ikunu jistgħu joffru spazju aħdar miftuħ, sigur u aċċessibbli għall-pubbliku.
Dan filwaqt li spazji li bħalissa m’għandhomx użu se jinbidlu f’ċentri ta’ tagħlim dwar wirt kulinari ta’ Għawdex biex jitkattar aktar għarfien mal-pubbliku.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri stqarr li l-Gvern għandu proġett ambizzjuż għall-belt Rabtija fejn fejn il-parkeġġ eżistenti se jinbidel f’multi-level parking u spazju miftuħ fuq.
Min-naħa tiegħu il-manager tal-Koperattiva Gozitano Agri Coop, Joseph Grech tkellem dwar l-importanza ta’ dan il-proġett għall-gżira Għawdxija.
Il-Ministru Camilleri żar ukoll it-tnax –il inkwilin li joperaw min dan l-istess kumpless Gozitano li joffru diversi servizzi, li jvarjaw minn prodozzjoni ta’ prodotti tal-ikel artiġjanli kif ukoll servizzi anċillari.
Hawnhekk tħabbar li l-ażjenda Gozo Cottage se tkun qed tinvesti madwar €2 miljun f’makkinarju ġdid u modern sabiex tkun f’pożizzjoni li tipproduċi aktar prodotti agroelimentari fil-futur.