Intlaħaq ftehim bejn il-Gvern u l-Union tal-Pulizija, il-POU fi ħdan il-General Workers Union.
Dan tħabbar fi stqarrija llejla li fiha ntqal li dan il-ftehim kien marbut mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Pulizija.
B’dan il-ftehim ġie assigurat li l-Pulizija mhumiex se jitilfu allowances li huma intitolati għalihom meta jkunu qiegħdin f’perjodu ta’ kwarantina mandatorja u anke meta ma jidħlux għax-xogħol waqt li jkunu pożittivi għall-Covid-19.
Waqt laqgħa bejn il-Ministru għall-Intern , Byron Camilleri u l-unjin tal-Pulizija, il-Ministru sostna li l-Gvern se jkompli jsostni lill-Pulizija għaliex huma meqjusin bħala uffiċjali fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-Covid-19.