Waqt laqgħa li bdiet illum tard wara nofsinhar u li intemmet tard bil-lejl, il-Gvern ta’ Malta rappreżentat mill-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis u l-Union of Cabin Crew (UCC) rapprezentata mill-membri kollha tal-Kumitat, b’sodisfazzjon il-partijiet laħqu ftehim bejniethom li jħares l-interessi tal-Gvern bħala l-azzjonist ewlieni tal-linja nazzjonali ta’ l-Ajru AirMalta, l-interessi tal-cabin crew, il-futur ta’ l-istess kumpanija u l-haddiema kollha ta’ l-AirMalta.
Il-Gvern fi stqarrija rringrazzja lill-UCC għall-kooperazzjoni tagħha, li jawgura tajjeb sabiex tiġi aċċertata il-vijabilità kummerċjali tal-linja nazzjonali ta’ l-Ajru. Il-Ministru Zammit Lewis irringrazzja wkoll lil President Emeritu Dr George Abela, liċ-Chairperson Maria Micallef u lic-Chief Officer HR Roberto Cristiano, tal-koperazzjoni kontinwa u l-professjonalità tagħhom.
Il-UCC ingħaqadet f’dan l-awguri, irringrazzjat lil kull min għen f’dan il-ftehim u qalet li tħares ‘l quddiem biex tikkonkludi l-ftehim finali fl-interess tal-membri tagħha.