Intlaħaq ftehim bejn il-Gvern u l-Unjin Maltija għall-Inermiera u Qwiebel (MUMN), kemm fil-ħidma f’Mater Dei u kif ukoll f’Monte Carmeli.
Għalhekk l-MUMN irtirat id-direttivi li kienet qed tapplika. L-MUMN kienet esprimiet tħassib serju dwar in-nuqqas ta’ infermiera. Bħala eżempju semmiet il-każ meta infermier kien qed iħares tliet pazjenti f’Monte Carmeli u waqt li mar jara xi ġralu pazjent minnhom, pazjent ieħor ħarablu mill-isptar.
Wara diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-MUMN, instabet triq ‘l quddiem biex ikun żgurat l-aqwa servizz lill-pazjenti u fl-istess waqt ħidma dinjituża lill-infermiera.
Agreement reached w MUMN on way forward w issues at Mater Dei as well as at Mount Carmel. MUMN withdraws directives. pic.twitter.com/vRbv2dnjfJ
— Chris Fearne (@chrisfearne) June 4, 2016