Tard il-Ħamis filgħaxija inħarġet stqarrija li fiha ġie ddikjarat li ntlaħaq ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-assoċjazzjoni tal-piloti (ALPA).
Il-partijiet laħqu b’sodisfazzjon ftehim bejnithom li jħares l-interessi tal-Gvern bħala l-azzjonista ewlieni tal-linja ta l-ajru tal-Air Malta, l-interessi tal-piloti kollha bħala ħaddiema tal-linja tal-ajru u l-ġejjieni tal-istess kumpanija. Il-Gvern irringrazzja lill-Assoċjazzjoni tal-Piloti għall-kooperazzjoni tagħha, li qal li jawgura tajjeb sabiex tiġi aċċertat il-vijabilità kummerċjali tal-Air Malta. Il-Ministru Zammit Lewis jirringrazzja lil President Emeritu Dr George Abela u liċ-Chairperson Maria Micallef. L-ALPA minn naħa ingħaqdet f’dan l-awguri u irringrazzjat lil kull min għen f’dan il-ftehim.