L-uniku qattus tar-razza Savannah hawn Malta safa’ mitluf. Dan wara li aktarx ħarab mid-dar.
Skont l-informazzjoni mogħtija lil ONE News minn sidtu, il-qattus intlemaħ l-aħħar fil-pjazza tal-Qala, f’Għawdex.
Il-qattus li għandu disa’ xhur, huwa lewn id-deheb b’dabriet suwed u ma kienx liebes kullar.
Ir-razza ta’ dan il-qattus għandha similaritajiet mar-razza tal-annimal eżotiku lynx.
Min ikollu xi informazzjoni dwar dan il-qattus huwa mitlub jinforma lis-sid b’email fuq chanell.muscat@yahoo.com , jew inkella jċempel +356 79576095.