Hekk kif id-dinja tistenna ċ-ċerimonja tal-għoti tal-Oscars fis-sigħat bikrin ta’ għada filgħodu ħin ta’ Malta, dal-lejl tħabbru r-Razzie Awards, “premjijiet” għal dawk meqjujsa bħala l-agħar films tas-sena li għaddiet.
Ir-rebbieħa kienu: Hillary’s America: The Secret History Of The Democratic Party u Batman v Superman: Dawn of Justice. It-tnejn rebħu erba’ awards kujll wieħed.
Il-film, li jikkritika lil Clinton, dokumentarju minn Dineh D’Soluza, awstur ċelebri u kummentatru konservattiv, ingħażel bħala l-agħar film tas-sena.
D’Souza ħa l-premju ta’ l-agħar attur (għax kien hu li għamel il-kummentarju) u l-agħar direttur (flimkien ma’ Bruce Schooley, li kitbu u ddireġih ma; D’Souza), u Rebekah Turner , li ħadmet il-parti ta’ Clinton irċeviet l-award bħala l-agħar attriċi.
Ben Affleck u Henry Cavill kienu l-agħar atturi rġiel għas-sehem tagħhom bħala Batman u Superman rispetivament waqt li Jesse Eisenebrg kien l-agħar attur f’parti sekondarja. Il-film ħa l-wkoll l-awards għall-agħar make-up u l-agħar sequel.
Għal dawk li bi ħsiebhom isewgu ċ-ċerimonja tal-Oscars illejla, din tibda fin-nofsiegħa ta’ fil-għodu, tibqa’ sejra sas-6 a.m. u mikstennija tkun karatterizzata min protesti kont l-President Trump, bħal ma’ kienet iċ-ċerimonja tar-Razzies.
Ħafna jistennew li l-film La La Land iġorr il-maġġoranza tal-istattwetti ewlenin. Gold Derby, sit li jirraporta dwar it-tbassir tal-esperti u l-pubbliku, jgħid li l-film jinsab fit-triq ta’ għaxar awards, fosthom dik għall-aħjar film, direttur, attriċi, mużika u kant. Madankollu mhux mistenni jilħaq il-11 li rebħu Ben-Hur, Titanic u The Lord of the Rings: Return of the King.