Wara d-diversi dimostrazzjonijiet u azzjonijiet industrijali meħuda fl-aħħar ġimgħat fil-Belġju bħala protesta kontra miżuri ta’ awsterità proposti fil-baġit nazzjonali, illum mistennija aktar protesti kbar hekk kif jibda disat’ijiem strajk nazzjonali tal-linji tal-ferrovija.
Dan l-istrajk mistenni jibda mill-10:00 ta’ filgħaxija tal-Ġimgħa u jibqa’ sejjer sal-10:00 ta’ filgħaxija l-Ħadd 2 ta’ Marzu.
Il-kaos fit-trasport se jkompli jkun emfasizzat bi protesta tal-massa li mistennija ssir illum fi Brussell.

Hekk kif il-ħaddiema tal-ajruporti qed ikomplu jistrajkjaw nhar fit-13-il jum ta’ kull xahar, l-ivjaġġar madwar il-Belġju se jkompli jsir aktar diffiċli u jaf jibqa’ jiffaċċja problemi għal aktar xhur.
Ħafna Belġjani qed jopponu l-koalizzjoni ġdida tal-gvern u qed jinżlu fit-toroq biex isemmgħu leħinhom. Skont rapporti minn uffiċjali tal-unjins, illum mistennija madwar 50,000 ruħ fit-toroq ta’ Brussell.