Matul il-lejl li għadda, il-kapitali Russa, Moska, reġgħet ġiet attakkata permezz tad-drones.
Ġie rrapportat kif l-aħħar attakk sar fuq skyscraper ewlieni fil-qalba tal-kapitali, li kkawża ħsarat estensivi fuq il-binja.
Il-midja internazzjonali qalet kif ma ġew irrapportati l-ebda mwiet jew persuni midruba.
Il-Ministru għad-Difiża Russu qed jitfa’ l-ħtija ta’ dawn l-attakki fuq l-Ukrajna, b’kelliema tal-Gvern Ukren jgħidu li se jibqgħu jattakkaw bid-drones lill-pajjiż ġar tagħhom.
Kawża ta’ dan ukoll, ingħalaq wieħed mill-ajruporti ewlenin f’Moska.