Ajruplani u vapuri tas-salvataġġ għaddejjin bi tfittxija fil-baħar fit-Tramuntna ta’ Bali fl-Indoneżja. Dan hekk kif sottomarin Indoneżjan li hemm 53 ekwipaġġ abbord fih jinsab f’fażi kritika hekk kif il-provvista tal-ossiġnu hija limitata, tant li hemm biżżejjed sa għada.
Il-kuntatt mas-sottomarin waqaf nhar il-Erbgħa li għadda.
Il-President Indoneżjan qal li illi s-sigurtà tal-53 membru tal-ekwipaġġ hija l-priorità ewlenija filwaqt li appella għall-isforz konġunt biex jinstab il-bastiment.