Intemmu l-azzjonijiet industrijali ordnati mill-General Workers’ Union, u li kienu fis-seħħ fl-aħħar jiem fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid.
L-azzjonijiet industrijali ġew fi tmiemhom wara laqgħa li saret bejn is-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-GWU Jeremy Camilleri u l-Ministru Chris Fearne u li fiha sar ftehim għall-benefiċċju kemm tal-ħaddiema kif ukoll tal-pazjenti. Il-ftehim sar dwar kwistjoni pendenti relatata mal-ħaddiema ġewwa r-Reception taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u wara introduzzjoni ta’ dmirijiet ġodda, liema dmirijiet għandhom ikunu ta’ benefiċċju għall-klijenti li jagħmlu użu mill-istess Ċentru tas-Saħħa.
Sadnittant, it-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tiringrazzja lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, għall-intervent tiegħu u talli laqa’ t-talba li kienet ilha fuq il-mejda għal snin sħaħ.