Hekk kif intemm l-ewwel round tal-kampjonati tal-Federazzjoni Maltija Boċċi, fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni Għaxaq, Żebbuġ u Msida baqgħu jokkupaw l-ewwel post tal-klassifika b’total ta’ disa’ punti.
Għaxaq ħadu walk over kontra Isla filwaqt li Msida għelbu lil Buġibba 21 għal 10. Min-naħa tagħhom Żebbuġ għelbu lil St.Peter’s Żabbar 21 għal 14.
F’loghbiet oħra, Qormi San Bastjan rebħu lil Żabbar f’darhom bi skor ta’ 21 għal 3 biex għandhom 6 punti. B’sitt punti wkoll Żurrieq, li min-naħa tagħhom ħadu walk over kontra Paola.
Marsamxetto għelbu lil Lija barra minn darhom 21 għal 14.
Klassifika (1 Diviżjoni): Għaxaq, Msida, Żebbuġ 9 punti / St Peter’s Żabbar 8 punti / Buġibba 7 punti, Qormi SB & Żurrieq 6 punti / Żabbar & Lija 4 punti / Marsamxetto 3 punti / Isla & Paola 0 punti
Fit-tieni diviżjoni spikkat l-ewwel telfa għal-leaders Birkirkara hekk kif f’konfront missielet mat-team fit-tieni post Birgu, dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa 21 ghal 19. B’din ir-rebħa Birgu jinsabu punt biss taħt l-istess Birkirkara.
Isegwu fit-tielet post Żejtun u Birżebbuġa. Żejtun għelbu lil Thalassalejn 21 għal 8, filwaqt li Birżebbuġa tilfu kontra Cospicua Rangersb 21 għal 18.
F’riżultati oħra: Tarxien 21-2 Sta Lucia, Floriana 21-16 Bormla, Sta Venera 21-13 Mosta
Fil-kampjonat tat-tielet diviżjoni Luqa u Kalkara żammew posthom fl-ewwel post tal-klassifika. L-aktar li spikka kien il-konfront dirett min-naħa ta’ fuq bejn Luqa u Fgura, loghħa li ntrebħet minn Luqa ħarġu rebieħa bl-iskor ta’ 21 għal 18.
Min-naħa tagħhom Kalkara rebħu f’darhom lil Qormi San Ġorg 21 għal 7.
F’logħbiet oħra kien hemm rebħiet għal Pieta’, Qrendi u San Gwann.