Fir-Renju Unit, bdew jivvutaw il-membri tal-Partit Konservattiv sabiex jintagħżel kap tal-partit ġdid wara r-riżenja ta’ Boris Johnson.
Għal din il-kariga qed jikkontestaw tmien kandidati, u l-votazzjoni li għaddejja bħalissa għandha l-għan li telimina numru ta’ kandidati sakemm ikun għad fadal biss tnejn.
Ir-riżultat tal-ewwel rawnd ta’ votazzjoni ħareġ fis-sitta ta’ waranofsinhar, fejn irriżulta li Nadhim Zadawi u Jeremy Hunt inqalgħu mit-tellieqa hekk kif ġabu l-inqas ammont ta’ voti.
Issa fadal biss sitt kandidati, u l-votazzjoni se tintemm sal-wieħed u għoxrin ta’ Lulju.
Sa issa l-aktar deputat popolari fil-partit huwa Rishi Sunak, f’kampanja kkaratterizzata minn nuqqas ta’ qbil bejn il-kandidati dwar it-taxxa.