Wara li ftit tal-ġranet ilu, it-tim nazzjonali Ġermaniż ġie eliminat mill-fażi tal-gruppi, intemm b’effett immedjat il-kuntratt ta’ Oliver Bierhoff. L-eks plejer Ġermaniż kien direttur tat-timijiet nazzjonali u tal-akademja tat-tim nazzjonali Ġermaniż. Dan ġie mħabbar fuq il-midja soċjali tal-Federazzjoni Ġermaniża.
Bierhoff li għandu 54 sena, lagħab bejn l-1986 u l-2003 ma’ Bayer Uerdingen, Hamburger SV, Borussia Monchengladbach, Austria Salzburg, Ascoli, Udinese, Milan, Monaco u Chievo. Sal-2002 lagħab regolarment mat-tim nazzjonali.
Bierhoff kien ilu fl-ogħla kariga tat-tim nazzjonali Ġermaniż mill-2004 u l-kuntratt kellu jintemm fl-2024.
Ritratt: DFB