Il-bord tal-appelli tal-Malta Football Association ilbieraħ ta l-verdetti finali tiegħu dwar il-każ bejn il-goalkeeper Jurgen Borg u Hibernians F.C. bit-tim minn Raħal Ġdid ser ikun qed jirċievi s-somma ta’ €4,000 mingħand l-istess plejer minħabba ksur tal-kuntratt.
Il-każ ilu għaddej sa mill-2017 fejn il-goalkeeper kien talab li jingħata r-release mill-klabb Pawlist liema talba ma kienitx ġiet milqugħa. L-istess każ spiċċa quddiem il-CAS (Court of Arbitration for Sport) bil-goalkeeper jirbaħ il-każ u tħalla jingħaqad ma’ klabb ieħor.