Jesmond Cassar, magħruf bħala t-Tito, intbagħat sitt snin u nofs ħabs wara li l-Qorti sabitu ħati li ħaraq karozza u bieb ta’ residenza fl-Isla.
Il-każ seħħ f’Jannar ta’ sentejn ilu. Fil-Qorti, il-vittma xehed li hu ssuspetta f’Cassar għax kellu argument miegħu u kien jarah ta’ spiss għaddej minn ħdejh. Huwa żied jgħid li dakinhar li seħħ il-każ qam għax sema’ l-klieb jinbħu u lill-ġirien jgħajtu li kien hemm karozza qed taqbad.
Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, intwerew filmati li juru lit-Tito tiela’ taraġ b’landa taż-żejt f’idu.