Żewġ nisa Sudaniżi ġew akkużati li ffalsifikaw passaporti biex jitilqu minn Malta fi triqithom lejn Brussell.
Khadija Mohamed u Hamid Safa, kienu mgħejjuna minn persuni oħra biex jakkwistaw passaport falz. L-imputati ammettew l-akkuża miġjuba kontrihom, u ġew ikkundannati sitt xhur ħabs kull wieħed.