Imħallef Spanjol bagħat il-ħabs żewġ membri importanti tal-moviment Katalan favur l-indipendenza.
Jordi Sanchez u Jordi Cuixart, li mexxew gruppi separatisti prominenti, qed jinżammu mingħajr il-possibilta ta’ ħelsien mill-arrest waqt li jinsabu taħt investigazzjoni fuq protesta.
L-irġiel kienu minn ta’ quddiem fil-votazzjoni tal-indiependenza li saret fl-ewwel ta’ Ottubru. Votazzjoni li l-gvern ta’ Madrid jikkunsidraha bħala illegali.
L-arrest tagħhom wassal għal protesti matul il-lejl u matul il-jum tat-Tlieta f’Katalunja.