Żewġ Bulgari ntbagħatu 11-il sena bejniethom. Dan wara nstabu ħatja li huma membri ta’ għaqda ta’ kriminalità organizzata u li ġew Malta sabiex jiagħmlu frodi.
L-Awtoritajiet Maltien ġew mgħarrfa mill-awtoritajiet Bulgari li ż-żewġt irġiel kienu magħrufa mal-Pulizija Bulgara għat-teknika li kellhom sabiex jisirqu mill-ATMS tal-banek. Dan wara li nqabdu jagħmlu dan fil-Vjetnam.
Fil-Qorti sar magħruf skont l-informazzjoni li għandha l-Pulizija Maltija ma kien hemm l-ebda vittmi ta’ frodi li pprovaw iwettqu Polihronov Spas Georgiev u Kitanchev Blagoy Zhorov.
Huma ġew arrestati mill-Pulizija Maltija f’lukanda f’San Ġiljan fejn instabu bosta oġġetti li għandhom x’jaqsmu ma’ dan ir-reat kriminali.