Mohammidi Nour ta’ 18-il sena ntbagħat tliet xhur ħabs wara li pprova jitlaq minn pajjiżna b’dokumenti li mhumiex tiegħu.
Intqal kif kien sejjer b’titjira lejn Brussell, b’passaport tas-Senegal u karta tal-identità Taljana li mhumiex tiegħu.
Fil-Qorti ntqal kif huwa ammetta mal-pulizija u li xtrahom m’għand terzi persuni.
L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.