Keith Gauci ta’ 41 sena residenti r-Rabat intbagħat sitt snin ħabs wara li l-Qorti sabitu ħati ta’ numru ta’ hold ups. Liema hold-ups għamel is-sena l-oħra fir-Rabat, Gżira u San Ġiljan.
Gauci ġie akkużat li bejn is-17 ta’ Frar u s-6 ta’ Marzu wettaq tmien hold-ups u uża ukoll sikkina biex żamm seba’ vittmi kontra l-volonta tagħhom.
Il-Qorti nnotat li minkejja li r-raġel nstab ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, huwa ddispjaċih ta’ dak li għamel u skuża ruħu mal-vittmi. Il-Maġistrat irrakomanda li Gauci fil-ħabs jingħata l-assistenza biex jegħleb l-vizzju tad-droga.
Il-Maġistrat stieden lill-Bord biex jassessja l-offiżi biex il-każ jiġi referut għall-medjazzjoni. L-imputat weħel ukoll multa ta’ €698.82.